Aktar kmieni din il-ġimgħa NET NEWS irrapporta diskors li għamel fil-Parlament il-President ta’ Nanniet Malta, Philip Chircop, fejn saħaq b’mod ċar illi numru ta’ nanniet f’Malta qed jiġu mċaħħda milli jaraw in-neputijiet tagħhom.
Din l-istorja, li ixxerjajniha fuq Facebook, ġabet magħha għexieren ta’ kummenti li ħafna minnhom kienu kritika diretta għan-nanniet. Oħrajn, ma ħasbuwiex darbtejn biex jattakkaw b’mod sfaċċat lill-kunjati tagħhom.
Kien hemm nies (li qed naħbu l-identita’ tagħhom) illi sejjħu lin-nanniet bħala sriep u persuni b’ilsien velenuż. Komuni immens kien il-kummenti li n-nanniet jindaħlu u li għadda ż-żmien tagħhom li jrabbu t-tfal.
Nies oħra fuq il-Facebook Page ta’ Net News qalu li ċeru nanniet jagħmlu preferenzi, jew jieħdu għalihom malajr jew huma biss nanniet għall-isem.
Ovjament kien hemm persuni li dawn il-kummenti weġġgħuhom. U ċeru nies enfasizzaw il-fatt illi ma tistax titfa’ lil kulħadd f’keffa waħda.
//= $special ?>