Mhux magħrufa r-raġuni li wasslu għal nirien f’appartament fil-Ħamrun kmieni dalgħodu.
Il-każ seħħ għall-ħabta tat-8am fi Triq il-Kappillan Mifsud. Fil-post hemm Pulizija u membri tal-Protezzjoni Ċivili.
In-nies kollha mill-blokka ġew evakwati. Ir-residenza tinsab fis-sular ta’ fuq tal-istess blokka ta’ appartamenti.
Għal xi ħin il-Pulizija kellha wkoll tagħlaq it-triq.
Aktar informazzjoni fil-ħin li ġej.
//= $special ?>