Lokali

Raġel isofri ġrieħi gravi f’inċident tat-traffiku

Inċident tat-traffiku iħalli raġel ta’ 34 sena isofri minn ġrieħi gravi.

L-inċident seħħ għall-ħabta ta’ 6.15 ta’ dalgħodu hekk kif għal xi raġuni mutur tilef il-kontrol u kellu mpatt ma’ trailer fil-parkeġġ tal-Addolorata f’Raħal Ġdid.

Fuq il-post marru pulizija mill-Għassa ta’ Raħal Ġdid filwaqt li ssejħet ambulanza li ħadet lir-raġel, residenti l-Mosta, l-Isptar Mater Dei għal iktar kura. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.