Wara l-karta ħamra li ingħata fil-partita kontra Valencia, l-attakkant ta’ Juventus Cristiano Ronaldo se jkun sospiż għal-logħba kontra Young Boys. Dan ifisser li l-Portugiż mhux se jitlef il-konfront tant mistenni f’Old Trafford kontra l-eks tim tiegħu Manchester United.
Din il-konferma tas-sospensjoni ħarġet aktar kmieni illum.
Id-deċiżjoni ttieħdet minn Kumitat tal-UEFA li jissorvelja l-kompetizzjonijiet Ewropej.
Ronaldo seta’ jeħel bejn logħba u tliet logħbiet sospensjoni għall-karta ħamra li qala’, f’deċiżjoni tar-referee li ħafna kkunsidrawha kontroversjali.
//= $special ?>