Nicolo Muscat, uditur u persuna ribelluża li għex fis-seklu tmintax. Persuna li ftit jafu bih u li ftit hemm informazzjoni dwar ħajtu. Iżda l-Professur Frans Ciappara ddeċieda li jgħeleb dawn l-isfidi kollha u għamel diversi snin jagħmel ir-riċerka fuqu.
Il-Professur Ciappara tul dawn l-aħħar 25 sena ta’ riċerka dejjem kellu l-ħsieb li jirrikonoxxi persuna li kien magħruf l-iktar bħala sempliċiment avukat Malti – iżda din kienet biss parti żgħira minnu. B’hekk, wara dawn is-snin ta’ riċerka, il-Professur ippublika ktieb dwar l-iktar 10 snin importanti tal-ħajja ta’ Muscat.
Minkejja ż-żminijiet li kien jgħix fihom, Muscat kellu kuraġġ kbir u ma kien iħalli lil ħadd jiddeċiedi għalih. Hu kontinwament kien jiġġieled għal Malta ċivilizzata u b’hekk kien totalment kontra t-tortura f’pajjiżna.
Wara li Muscat kien ħareġ ktieb dwar l-ideat tiegħu fuq Malta, hu kien intgħażel bħala l-avukat ġenerali tal-Gran Mastru Rohan u wkoll bħala wieħed mill-udituri tiegħu. Il-Professur Ciappara spjegalna iktar dwar dak li għamel Muscat.
Matul ħajtu hu ta importanza b’mod speċjali l-fatt li l-Knisja għandha tieħu ħsieb affarijiet li huma relatati magħhom filwaqt li affarijiet oħra għandhom jitħallew f’idejn il-Gvern.
//= $special ?>
