Internazzjonali

Trump jirrifjuta li jiltaqa’ ma’ Trudeau

Il-President Amerikan Donald Trump qal li kien irrifjuta stedina għal laqgħa mal-Prim Ministru Kanadiż Justin Trudeau li jinsab fi New York għall-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti.
Dan hekk kif il-mexxejja ta’ dawn iż-żewġ pajjiżi ġirien mhux qed jaraw għajn b’għajn fuq ħafna temi, inkluż il-kummerċ.
Trump qal li rrifjuta li jkollu laqgħa ma’ Trudeau għaliex kien urtat mit-tariffi Kanadiżi fuq il-prodotti Amerikani magħmilin mill-ħalib u Trudeau jidher li ma kienx ħerqan li jneħħihom.