Illum, wara nofsinhar, Uffiċjali tad-Dwana spezzjonaw passiġġieri li kienu qed jaslu minn Sqallija u sabu 30,230 ewro fi flus kontanti mhux iddikjarati moħbija f’vettura.
Iċ-ċittadin Ċiniż, b’permess ta’ residenza Taljan, li kien qed jivvjaġġa bil-karozza, twaqqaf għal spezzjoni ta’ rutina mill-Uffiċjali ta’ Infurzar tad-Dwana. Il-passiġġier kien mistoqsi jekk kellux xi ħaġa biex jiddikjara lid-Dwana. Huwa rrisponda li kien qed iġorr bagalji vojta u 50 ewro fi flus kontanti.
Mal-ftuħ ta’ waħda mill-bagalji vojta, instabu 10,000 ewro fi flus kontanti. It-tfittxijiet fil-vettura rriżultaw fi flus kontanti li jammontaw għal 10,000 ewro li nstabu moħbija f’kompartiment. Wara tfittxija personali, instabu 10,000 ewro oħra moħbija fil-qalziet tal-passiġġier. Huwa kellu wkoll fil-pussess tiegħu karta tal-ħamsin ewro u oħra tal-mitt ewro foloz.
Il-passiġġier ingħata l-10,000 ewro li hu intitolat għalihom, waqt li l-flus kontanti l-oħra ġew mgħoddija lill-Pulizija. Il-passiġġier tpoġġa taħt arrest u għada għandu jitressaq il-qorti.
//= $special ?>