Lokali

Adrian Delia f’laqgħa ma’ delegazzjoni mill-Fakultà tal-Edukazzjoni

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia l-Ġimgħa kellu laqgħa ma’ delegazzjoni mill-fakultà tal-Edukazzjoni. Din id-delegazzjoni kienet tinkludi lid-Dekan tal-Fakultà Sandro Caruana kif ukoll lill-Profs Chris Bezzina.

Tul il-laqgħa ġew diskussi diversi temi relatati mal-qasam tal-edukazzjoni f’pajjiżna kif ukoll dwar x’inhu r-rwol ta’ din il-fakultà.

Id-Dekan tal-Fakultà tal-Edukazzjoni Sandro Caruana tkellem dwar il-fatt li l-kors tal-edukazzjoni fi ħdan l-Università tal-Malta mhux qed jattira numru kbir ta’ studenti. Fis-snin preċedenti dan il-kors kien ikun wieħed mill-iktar korsijiet segwiti fl-Università ta’ Malta, iżda llum il-ġurnata l-ammont ta’ studenti naqas. Iż-żewġ naħat tkellmu wkoll dwar diversi proposti li jistgħu jsiru biex il-qasam tal-edukazzjoni f’pajjiżna jkun imsaħħaħ.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista kien akkumpanjat mis-Segretarju Ġenerai tal-Partit Nazzjonalsita Clyde Puli li hu wkoll kelliem tal-Partit Nazzjonalista għall-edukazzjoni, kif ukoll minn Justin Schembri, Kandidat tal-Partit Nazzjonalista għall-elezzjoni ġenerali.