“Każ li juri illi l-Gvern ma jafx fejn tibda u tispiċċa l-governanza tajba”. Hekk stqarr il-Kap tal-PN Adrian Delia meta illum indirizza konferenza tal-aħbarijiet dwar il-każ tal-membru tal-PA li nġiebet Malta b’jet privat biex tivvota dwar l-iżvilupp fuq l-art tal-ITS.
Adrian Delia sostna li għandna Gvern li jaħtar membri fuq il-bordijiet tal-Awtoirta tal-Ippjanar li ma jiddikjarawx kunflitt ta’ interess. L-Awtorità tal-Ippjanar trid tispjega kemm tonfoq għall-ivvjaġġar u għall-ippjanar. Għandna s-CEO tal-MEPA li qal li hu kellu kull dritt jieħu deċiżjoni. Però meta sar jaf li d-deċijoni tiegħu ma ntogħgbitx, stqarr li mhux se jerġa’ jieħu deċiżjoni simili.
Adrian Dellia qal li min-naħa l-oħra għandna l-Ministru Ian Borg li qal li mhux se jikkummenta qabel ikollu l-fatti. Qalilna li se jieħu azzjoni meta jingħata l-fatti però ma qalx x’tip ta’ passi se jkun qed jieħu. Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li ma kienx infurmat b’din id-deċiżjoni Fid-dawl ta’ dan titqajjem il-mistoqsija – il-PM irid ikun jaf kemm qed jintefqu flus fuq l-ivvjaġġar jew inkella jrid ikun infurmat dwar x’deċiżjonijiet qed jittieħdu fil-MEPA?
Adrian Delia qal li għandna sitwazzjoni fejn l-Awtorita tal-Ippjanar tiddeċiedi minghajr ma tqisx il-konsegwenzi. Ir-rwoli ta’ dawk li qed jieħdu d-deċiżjonijiet ma nafux fejn jibdew u fejn jispiċċaw. Sitwazzjoni fejn jintefqu iktar minn 8000 ewro biex tinġieb persuna minn Sqallija ħalli tkun tista’ tivvota favur il-bini flok l-ITS f’Pembroke. Bis-CEO tal-MEPA jgħid li b’daqshekk ma ġara xejn. Kienet id-deċiżjoni tagħha li tiġi Malta biex tivvota jew kienet imġiegħla tiġi? Għalhekk għandha issir investigazzjoni ta’ kif saru l-affarijiet.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista temm jgħid li dan il-każ allura jqajjem diversi mistoqsijiet bl-Awtoritá issa jkollha tagħti rendikont ta’ kemm qed tonfoq flus u fejn qed tonfoqhom u kemm minnhom qed tagħti lura lis-soċjetà.
//= $special ?>