Hertha Berlin ħasdu liċ-champions Bayern Munich b’rebħa ta’ 2-0 biex kisbu l-ewwel rebħa fuqhom wara disa’ snin. B’hekk huma waqqfu s-serje ta’ mingħajr telfa għalihom dan l-istaġun u jinsabu flimkien ma’ Bayern Munich fil-quċċata tal-Bundesliga
Bayern Munich li kienu mingħajr l-imweġġa’ Leon Goretzka, kellhom iċ-ċansijiet tagħhom fil-logħba, permezz ta’ Arjen Robben fl-ewwel taqsima u James Rodriguez wara l-mistrieħ. Din l-ewwel telfa ssegwi d-draw ta’ 1-1 kontra Augsburg tlett ijiem ilu.
Huma fetħu l-iskor fit-23 minuta meta Jerome Boateng waqqa’ lil Salomon Kalou fil-kaxxa, b’Vedad Ibisevic jitfa’ lil Manuel Neuer in-naħa l-oħra tal-ballun. L-attakkant Slovakk Ondrej Duda kompla l-forma brillanti meta rdoppja fl-44 minuta wara li rċieva kross fil-baxx mil-lemin ta’ Valentino Lazaro u għeleb lil Neuer b’xutt b’saħħtu fis-saqaf tax-xibka.
//= $special ?>