Raġel qed isofri ġrieħi serji wara li lbieraħ kien involut f’inċident tat-traffiku f’Ħal Lija. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-23.20 fi Triq il-Mosta f’Ħal Lija.
Permezz ta’ stqarrija l-pulizija qalu li Niġerjan ta’ 29 sena residenti l-Mosta tilef il-kontroll tal-vettura tiegħu, tat-tip Peugeot, laqat il-bankina u spiċċa ġo għalqa li hemm biswit it-triq.
Fuq il-post marru membri tal-Protezzjoni Ċivili li ħarġu lir-raġel minn ġol-karozza tiegħu, u kif ukoll tim mediku li ħaduh lejn l-isptar Mater Dei biex jirċievi aktar kura. Ftit tal-ħin wara huwa ġie ċċerrtifikat li qed isofri minn grieħi ta’ natura serja.
Għaldaqstant l-Maġistrat tal-għassa ħatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta li ġiet appuntata.
Il-pulizija qed tinvestiga dan l-inċident.
//= $special ?>