Lokali

L-ewwel qabda ta’droga bil-klieb tad-Dwana

Imwaqqaf Portugiż li fuqu kellu 5kg kannabis

Raġel Portugiż li kien għadu kif wasal Malta minn Madrid spiċċa twaqqaf mid-Dwana wara li fil-bagalja tiegħu instabu 5kg kannabis. Il-każ seħħ ilbieraħ filgħaxija għall-ħabta tal-10pm.

Din kienet l-ewwel darba li d-Dwana użat klieb imħarrġin apposta f’dan ix-xogħol.

Fil-fatt, is-suspett fil-Portugiż tqajjem wara sinjal li ingħata mill-kelb Stan.

L-investigazzjonijiet qed jissoktaw minn naħa tal-Pulizija ta’ Kontra d-Droga.