Żewġ persuni li kien ilhom kważi ġimagħtejn arrestati minħabba serq ta’ toys, inħelsu l-Ġimgħa filgħodu .
Il-każ hu fil-konfront ta’ Douglas Briffa ta’ 28 sena, u Ahmad Yassine ta’ 38 sena, li huma akkużati b’serq ta’ ġugarelli tal-Playmobil għal valur ta’ kważi ta’ €12,000. Briffa hu riċediv u akkużat ukoll li kiser il-kundizzjonijiet tal-liberta proviżorja.
L-akkużati, li jiċħdu l-akkużi kontrihom, inħelsu fuq depożitu ta’ €1,000 u garanzija personali ta’ €10,000 kull wieħed waqt li jridu jiffirmaw ta’ kuljum f’għassa u josservaw curfew.
//= $special ?>

