HIBERNIANS……………………. 2 ST. ANDREWS………………… 0
Hibernians: A. Hogg, M. Dias, A. Agius, N. Radojevic, I. Ntow, B. Kristensen (I. Blazevic 80’), D. Vella, J. Mbong, T. Fonseca (F. Tenorio 70’), J. Degabriele, N. Marcolino
St. Andrews: M. Calleja Cremona, K. Magro, A. Borg, T. Blagrove, A. Satariano, J. Farrugia (A. Friggieri 71’), R. Martin, A. Brown (L. Sciberras 64’), M. Davis, K. Reid, K. Atkinson (D. Jackson 83’)
Imwissija: D. Jackson 88’ (S)
Skorjaw: N. Taylon 89’, J. Degabriele 91’ (H)
Referee: Glen Tonna
Assistenti Referees: Luke Portelli, Mitchell Scerri
In-Nazzjon Plejer tal-Logħba: Travis Blagrove (St. Andrews)
Żewġ gowls lejn tmiem il-partita poġġew lil Hibernians lura fit-triq tar-rebħ b’rebħa ta’ 2-0 fuq St. Andrews. Konfront medjokri bi ftit azzjonijiet denji lejn il-lasta, fejn li kieku l-logħba spiċċat 0-0 ma kien jinsteraq xejn. Il-Pawlisti fl-assenza tal-kowċ Stefano Sanderra, naqsu li jkunu kreattivi wara li fl-ewwel 20 minuta kellhom imorru fil-vantaġġ faċilment. St. Andrews ftit ħolqu periklu fl-attakk iżda kienu kuntenti li jikkontrollaw lill-avversarji.
Hibernians kellhom ċans tad-deheb wara 10 minuti meta xutt fil-baxx ta’ Jurgen Degabriele spiċċa fid-direzzjoni ta’ Nicolas Taylon li minn quddiem il-lasta żelaq fuq il-ballun, u mill-qrib ukoll ix-xutt ta’ Tiago Fonseca ħabat mal-wieqfa. Seba’ minuti wara, Jurgen Degabriele ra x-xutt tiegħu mill-viċin jgħaddi fuq il-lasta.
Il-logħob żvolġa f’nofs il-grawnd, sakemm fid-39 minuta Tiago Fonseca falla żewġ okkażjonijiet. L-ewwel naqas li jieħu vantaġġ minn ħarġa ħażina ta’ Matthew Calleja Cremona, u ftit sekondi wara prova b’xutt li spiċċa ftit barra.
Hibernians fetħu t-tieni taqsima fuq l-attakk u wara 30 sekonda kellhom ċans ieħor iżda wara azzjoni personali x-xutt ta’ Nicolas Taylon għadda fuq il-lasta. Iżda l-istess bħal ma ġara fl-ewwel taqsima, Hibernians naqsu r-ritmu.
Kien fid-79 minuta li Kemar Reid qabeż żewġ difensuri u prova b’xutt minn barra l-kaxxa li kien salvat mingħajr ma żamm minn Andrew Hogg. Jekk kien hemm tim li beda joqrob aktar lejn il-lasta, kienu St. Andrews, iżda fid-89 minuta Hibernians fetħu l-iskor meta s-sostitut Fernando Tenorio krossja mil-lemin lejn NICOLAS TAYLON li nqata’ mill-art u għeleb lil Matthew Calleja Cremona b’xutt fl-arja.
Hibernians għalqu l-logħba fil-91 minuta meta JURGEN DEGABRIELE rċieva passaġġ fl-ispazju, dar ma’ Matthew Calleja Cremona u xeħet f’lasta vojta.
(Ritratti: Matthew Tabone)
//= $special ?>