SENGLEA A…………………….. 1 VALLETTA………………………. 5
Senglea: M. Farrugia, B. Muscat, F. Salvati, L. Grech (K. Cutajar 56’), B. Volpini, I. Gonzalez, Z. Cassar, F. Bramati, M. Garcia, A. Caseres (M. Bartolo 74’), R. Tcanturia (K. Xuereb 89’)
Valletta: H. Bonello, E. Pena Beltre, S. Borg (J. Caruana 63’), J. Borg, J. Zerafa, R. Muscat (N. Pulis 78’), M. Alba, S. Malano (B. Gavrila 34’), M. Piciollo, M. Fontanella, B. Kaljevic
Skorjaw: M. Fontanella 12’, 26’, B. Kaljevic 12’, 14’, 55’ (V), B. Volpini 88’ (S)
Referee: Etienne Mangion
Assistenti Referees: Alan Camilleri, Chris Francalanza
In-Nazzjon Plejer tal-logħba: Bojan Kaljevic (Valletta)
Attendenza: 839
Faċli għal Valletta li għat-tielet partita konsekuttiva ħarġu fuq in-naħa rebbieħa u rnexxielhom jiskorjaw 14-il gowl filwaqt li sofrew wieħed lejn it-tmiem. Logħba li fiha l-Beltin iddominaw u żammew mal-previżjoni tad-differenza bejn iż-żewġ timijiet. B’kull rispett lejn Senglea iżda logħba bħal din tistaqsi kemm hu ta’ ġid kampjonat b’14-il tim.
Nieqes għal Valletta kien hemm il-captain Ryan Camilleri li jinsab imweġġa’, b’Jean Borg jidħol fid-difiża, filwaqt li għal Senglea daħal mal-ewwel ħdax Brian Volpini mil-logħba l-oħra.
Valletta fetħu tajjeb u fetħu l-iskor wara seba’ minuti meta f’azzjoni maħduma tajba, Santiago Malano krossja mil-lemin għan-nofs, bl-attakkant MARIO FONTANELLA jidħol tajjeb biex għeleb lil Matthew Farrugia b’xutt mill-ewwel.
L-iskor sar 2-0 ħames minuti wara meta minn ballun fit-tul mid-difiża, BOJAN KALJEVIC antiċipa l-ħarġa ta’ Matthew Farrugia u skorja b’daqqa ta’ ras. Valletta skorjaw it-tielet gowl żewġ minuti wara meta Fontanella ta ballun min-nofs il-grawnd lejn BOJAN KALJEVIC li minn quddiem Matthew Farrugia ma kellux problema jiskorja t-tieni gowl personali.
Iċ-champions komplew jiskorjaw fis-26 minuta bi kross preċiż fit-tul ta’ Joseph Zerafa, b’MARIO FONTANELLA jkun fil-post ideali biex għeleb lil Farrugia b’xutt fil-baxx mill-ewwel. Valletta marru qrib il-ħames gowl fil-35 minuta b’xutt ta’ Pena Beltre li kien maqlugħ minn fuq il-linja minn Ferdinando Salvati.
Lejn tmiem l-ewwel taqsima, Senglea marru qrib li jnaqqsu d-distakk bi tliet okkażjonijiet li iżda ma rnexxielhomx jegħlbu lil Bonello.
Senglea impenjaw lil Henry Bonello fil-bidu tat-tieni taqsima b’xutt minn barra l-kaxxa ta’ Matias Garcia, iżda l-gowlkiper ta’ Valletta dawwar tajjeb f’korner. Valletta skorjaw il-ħames gowl fil-55 minuta meta Miguel Alba tefa’ ballun fit-tul, BOJAN KALJEVIC rebaħ dwell bir-ras, u avvanza waħdu biex għeleb lil Matthew Farrugia mill-viċin.
Senglea skorjaw il-gowl ta’ konsolazzjoni fit-88 minuta meta d-difiża ta’ Valletta ma kinitx f’postha, b’Garcia jqassam lejn BRIAN VOLPINI li ma kellux problema jixħet fix-xibka mill-viċin.
(Ritratti: Matthew Tabone)
//= $special ?>