F’appell imqanqal lill-kollegi sħabu fil-Korp tal-Pulizija fuq il-paġna tal-Fondazzjoni Blue Light fuq Facebook, il-Kunstistabbli Simon Schembri fakkarhom li huma ħalfu solennement li jkunu “tassew fidili u leali lejn il-poplu u r-Repubblika ta’ Malta u l-Kostituzzjoni tagħha”.
Dan fid-dawl li Liam Debono, iż-żagħżugħ ta’ 17-il sena li tajjar lil Simon Schembri u baqa’ jsuq, ingħata l-libertà proviżorja l-Ġimgħa. Huwa kien ilu arrestat sa mis-16 ta’ Mejju bl-akkuża fost l-oħrajn tal-attentat ta’ qtil ta’ Schembri wara każ li fih ħalla lill-Kuntistabbli b’diżabbiltà permanenti.
Il-fedeltà u l-lealtà m’għandhom jinbidlu qatt, f’kwanlunkwe ċirkostanza, saħansitra meta ma tinstabx l-għajnuna li tixtieq jew l-istima u l-apprezzamment għax-xogħol li tkun għamilt.
Schembri jgħid li, “Dawn il-mumenti m’għandhomx ikunu mumenti li jġiegħluk taqta’ qalbek, imma li bil-kontra, jispirawk sabiex taħdem iktar għall-ġid tas-soċjetà.”
Huwa temm iqawwi qalb il-kollegi sħabu biex kif ma qatax qalbu hu quddiem is-saram tal-ħajja, jagħmlu l-istess biex fit-tajjeb u l-ħażin, ikunu “il-gwardjani tas-soċjetà.”
Simon Schembri, ġie aggredit kmieni t-Tlieta 15 ta’ Mejju li għadda b’daqqa ta’ karozza f’Ħal Farruġ waqt il-qadi ta’ dmirijietu.
//= $special ?>