B’referenza għar-rapurtaġġ tan-nuqqas ta’ edukaturi, li qed tkompli tippersisti f’ċertu skejjel f’pajjiżna, il-Ministeru tal-Edukazzjoni ħass li kellu jiċħad din l-istorja li ġiet irrapurtata fuq in-Nazzjon, u qal li sal-Ħamis il-problema minn tliet postijiet vakanti għal għalliema issa niżel għal post wieħed.
Madankollu fi tweġiba għal dan aħna għamilna kuntatt mill-ġdid mal-President tal-MUT Marco Bonnici, fejn huwa wieġeb din l-istqarrija tal-Gvern, li saħqet li din il-problema qed tiġi mnaqqsa fl-iskejjel tagħna. Madankollu Bonnici qalilna mod ieħor. Huwa qalilna li din il-problema anzi qed tibqa’ tippersisti, u dan qed jistqarruh għalliema stess li jaħdmu madwar Malta u Għawdex.
Intant il-Gvern qal ukoll li diġà għandu pjan għall-eventwalità li jkun hemm vakanzi ġodda ta’ mard jew leave mill-edukaturi. Madankollu ma qal xejn dwar x’jikkonsisti dan il-pjan… Marco Bonnici min-naħa tiegħu qalilna li xieraq li Gvern jaqsam il-ħsibijiet tiegħu u jgħid x’hemm pjanat għal din l-eventwalità ħalli jserraħ moħħ l-għalliema u l-edukaturi u kif ukoll tal-ġenituri u tal-istudenti li għandhom kilba għat-tagħlim.
L-inkonsistenza fis-settur edukattiv qed tkompli tpoġġi lill-ħaddiema u kif ukoll lill-istudenti f’inċertezza kbira. B’rabta ma’ dan fi stqarrija l-PN nhar l-Erbgħa qal li ma’ jistax ma’ jirrimarkax kif il-Gvern mhux jippjana tajjeb u mhux jilħaq il-miri tiegħu stess fis-settur edukattiv.
Il-Gvern falla fil-miri tiegħu li jibni skola ġdida kull sena, fl-implimentazzjoni ta’ sistema ta’ trasport b’xejn għall-istudenti kollha, fil-proviżjoni ta’ apparat bħal-laboratorji, fl-iskejjel f’ammont ta’ għalliema biżżejjed biex jaqdu tajjeb l-bżonnijiet ta’ kulħadd, fil-problemi li qed jaffaċċjaw l-għalliema tal-Malti u l-Matematika li spiċċaw b’workload kbir u kif ukoll problemi fir-riżultati tas-Sec u l-Matsec tal-istudenti tagħna.
//= $special ?>