Lokali

Jinżamm arrestat wara qabda ta’ 5kg kannabis

Portugiż ta’ 36 sena nżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti akkużat li importa 5 kg kannabis.

Pedro Henrique Corre de Sousa kien akkużat ukoll li importa d-droga kokaina f’ċirkostanzi li juru li s-sustanza illeċita ma kinetx għall-użu personali tiegħu.

L-akkużat inqabad mill-klieb tad-dwana wara li wasal Malta permezz ta’ titjira minn Madrid.

Filwaqt li l-barrani ċaħad l-akkużi miġjuba kontrih, il-Qorti, ippreseduta mill-Maġistrat Donatella Frendo Dimech, iddeċidiet li jinżamm taħt arrest preventiv filwaqt li jkollu l-assi kollha friżati.

L-ewwel qabda ta’droga bil-klieb tad-Dwana