MOSTA………………………… 0 ĦAMRUN S…………………… 0
Mosta: A. Vella, R. Romao, T. Farrugia, S. Bonnici, Z. Brincat, M. Sammartino, A. De Cerchio, K. Hirose, M. Miranda Gomez, N. Falou, R. de Oliveira
Ħamrun: M. Bartolo, K. Micallef, E. Pepe, O. Nikolopoulos, M. Gauci, A. Monticelli, S. Nayar, C. Henneberg, C. Calil, B. Schembri (R. Darmanin 46’), F. Marra (S. Cini 61’)
Imwissija: R. de Oliveira 27’, A. Vella 44’ (M), A. Monticelli 82’, C. Henneberg 87’ (Ħ)
Tkeċċa: M. Bartolo 59’ (Ħ)
Referee: Philip Farrugia
Assistenti Referees: William Debattista, Edward Spiteri
Il-Mument Plejer tal-logħba: Kei Hirose (Mosta)
Attendenza: 557
Mosta u Ħamrun Spartans ħadu punt kull wieħed f’logħba li aktar kienet missielta bid-daħliet taż-żewġ settijiet ta’ plejers milli bl-azzjonijiet. Konfront li kif żvolġa għandu jitqies aktar pożittiv għal Ħamrun milli għal Mosta hekk kif lagħbu nofs siegħa b’raġel anqas u kienu l-aktar perikolużi b’għaxar plejers.
Fl-ewwel parti tal-ewwel taqsima ftit rajna azzjonijiet lejn iż-żewġ lasti bl-unika ċans jasal għal Ħamrun fit-23 minuta, b’Francesco Marra jikkrossja mil-lemin lejn Caetano Calil li kien f’qagħda ideali iżda xxuttja fjakk.
Mosta setgħu għamlu aħjar fil-35 minuta meta Ndiaye Falou rċieva ballun wara żball fid-difiża Ħamruniża iżda x-xutt tiegħu kien ċentrali u Manuel Bartolo salva. Ħamrun kellhom l-aktar ċans perikoluż qabel tmiem l-ewwel taqsima b’xutt b’saħħtu ta’ Karl Micallef li stampa l-mimduda.
Il-kowċ Ħamruniż Giovanni Tedesco daħħal lil Ryan Darmanin biex jagħti aktar spinta fl-attakk. Kien fit-48 minuta li Caetano Calil prova b’xutt tajjeb minn barra l-kaxxa li iżda kien salvat minn Andreas Vella.
Il-logħba ħadet żvolta fid-59 minuta meta l-gowlkiper Manuel Bartolo tkeċċa mir-referee Philip Farrugia għal daħla xejn kumplimentuża fuq Misael Miranda Gomez.
Minkejja s-superjorità numerika, Mosta prattikament ma kinux perikolużi, u saħansitra kienu Ħamrun li kellhom l-aħjar ċans fil-85 minuta meta Ryan Darmanin fetaħ tajjeb fuq il-lemin lejn Sebastian Nayar li ġie wiċċ imb wiċċ ma’ Andreas Vella, iżda l-gowlkiper blokka fil-ħin f’korner.
Żewġ minuti wara Vella reġa’ kien fondamentali meta tar minn tulu biex salva ġest akrobatiku ta’ Nayar. L-istess midfielder reġa’ prova fid-90 minuta bi free-kick li spiċċa ftit għoli.
//= $special ?>