Dalgħodu ingħatat l-aħħar tislima lil Lourdes Agius fil-Knisja Parrokkjali ta’ Lourdes f’Raħal Ġdid.
Dan wara li l-omm ta’ sebat itfal nstabet bla ħajja fil-kamra tas-sodda tagħha nhar il-15 ta’ Settembru, fl-età ta’ 33 sena.
B’rabta ma’ dan il-każ ta’ omiċidju qed jinżamm arrestat is-sieħeb tal-vittma, Michael Emmanuel, żagħżugħ ta’ 28 sena mill-Kosta tal-Avorju.
Intant dan il-funeral ma kienx ikun possibbli jekk mhux għall-ġest nobbli tal-Fondazzjoni għad-Drittijiet tan-Nisa li ġabret il-flus sabiex sar il-funeral ta’ Lourdes.
//= $special ?>