Iċ-Chairman Eżekuttiv ta’ Media.Link Communications Pierre Portelli sostna li l-organizzazzjoni ta’ Net Honours kien sogru madanakollu fis-serata tas-Sibt kienet xi ħaġa unika l-għaliex 20 sena darba tiċċelebrahom, u ġew iċċelebrati f’atmosfera mill-isbaħ. Pierre Portelli saħaq li dan huwa partit politiku bbażat fuq in-nies.
Huwa insista li għalkemm f’Net Honours ingħata ġieħ lil persuni li m’għadhomx jagħmlu parti min-Net Tv xorta waħda minn wara l-kwinti dan it-tim għadu u jibqa’ jiġġedded.
Pierre Portelli saħaq li jinsab kuntent bir-riżultati li qed jikseb Net FM wara s-sogru li ttieħed fit-tibdila tal-istazzjon tar-radju. Huwa saħaq li ċ-ċifri tal-Awtorita tax-Xandir wera li l-udjenza qed tippreferixxi lil dan l-istazzjon hekk kif żdiedu b’mod sostanzjali s-semmiegħa.
Hekk kif minn għada jingħata bidu għall-iskeda l-ġdida, Pierre Portelli sostna li dan hu sogru ieħor li l-istazzjon ser jieħu hekk kif irdoppjaw il-programmi. Huwa ħabbar ukoll li minn għada Net Tv ser ikollu libsa ġdida kemm minn jingles kif ukoll minn logo.
//= $special ?>