Hekk kif matul il-ġurnata tal-Ħadd qed issir il-maratona ġbir ta’ fondi bit-tema ‘Soċjetà li Jimpurtaha’, il-Viċi Kapijiet tal-Partit Nazzjonalista li tkellmu dwar sfidi li qed jaffaċċja l-poplu Malti u l-bżonn ta’ dawn il-fondi biex il-Partit Nazzjonalista jkun b’saħħtu biex jirrappreżenta lill-poplu.
Robert Arrigo tkellem dwar l-isfida tal-Air Malta, b’dewmien u titjiriet jitħassru liema sitwazzjoni qed tħalli impatt fuq il-poplu.
“Ilna ħamsa jew sitt xhur b’ajruplani li jiġu tard jew titjiriet li jitħassru, b’inkonvenjent għal ħafna nies. Nixtieq inkun naf l-ammont fi flus li tħallsu bħala kumpens u l-feedback li l-Air Malta kellha, sfortunatament. Min hu responsabbli llum għandu jerfa’ l-piż tar-responsabbiltà,” iddikjara Robert Arrigo.
Min-naħa tiegħu l-Viċi Kap David Agius tkellem dwar sfida oħra, dik tas-serq mill-Gvern tad-dawl u l-ilma.
“Issib min ġie misruq minn €30 sa saħansitra €600. Hawn tirrealizza li mhux kollox għaddej fuq ir-rubini, u hu għalhekk li nibgħu nappellaw lin-nies biex jiġu għandna biex ngħinuhom u nirrappreżentawhom”, sosta dan David Agius.
Il-maratona ġbir ta’ fondi taħbat lejliet il-bidu ta’ skeda ġdida ta’ Net Television, bil-fondi miġbura li se jsostnu l-investiment importanti li qed isir biex din l-iskeda tolqot lill-udjenzi kollha bi prodott ta’ kwalità.
//= $special ?>