Lokali

Ritratti: Maratona ġbir ta’ fondi bit-tema ‘Soċjetà li jimpurtaha’

Ritratti: Matthew Tabone / Joseph Galea

Illum il-Partit Nazzjonalista qed jorganizza maratona ġbir ta’ fondi fid-Dar Ċentrali. Maratona li se tkompli ssaħħaħ il-vuċi tal-Partit fil-ġlieda għas-sewwa. It-tema tal-maratona hija “Soċjetà li jimpurtaha”.

F’kumment li ta s-Segretarju Ġenerali tal-Partit Clyde Puli lil NetNews fil-bidu ta’ din il-ġimgħa, huwa qal li l-partitarji dejjem taw kontribut mill-aqwa għal kull maratona u jemmen li l-Ħadd li ġej is-somma miġbura se tkun waħda sabiħa bil-ħidma u s-suċċess ta’ kull voluntier. Hawn ma naqasx ma jroddx il-ħajr lill-voluntiera kollha tal-Partit Nazzjonalista, kemm dawk li jkunu d-Dar Ċentrali, u kemm dawk li jaħdmu madwar Malta u Għawdex.

Il-maratona ingħatat bidu fis-2pm u mistennija tibqa’ għaddejja matul il-ġurnata kollha sa nofsillejl bi spettaklu u xandira diretta fuq NET Television, NET FM u Facebook Live.