Lokali

Kwart tal-anzjani f’Malta jinsabu f’riskju ta’ faqar

Kwart tal-anzjani f’Malta jinsabu f’riskju ta’ faqar. Dan ħareġ minn statistika tal-NSO dwar is-sena 2017 li minnha joħroġ ukoll li terz tal-anzjani ma jistgħux jaffordjaw ġimgħa vaganza annwali ‘l bogħod mid-dar u sittax punt tnejn fil-mija ma jistgħux iħallsu għal spejjez li jaqbżu s-sitt mija u ħamsin ewro.

L-istatistika turi wkoll li wieħed minn kull ħamsa f’pajjiża għandu l-età tal-pensjoni. Skont l-istess statistika maħruġa mill-NSO, hemm żieda sostanzjali tal-popolazzjoni Maltija li saret anzjana fl-aħħar għaxar snin.

Iż-żona tan-nofsinhar tal-Port il-Kbir għandha l-aktar konċentrazzjoni ta’ anzjani, tnejn u għoxrin punt ħamsa fil-mija u wara tiġi Għawdex b’wieħed u għoxrin punt disgħa fil-mija.

Tmintax punt tmienja fil-mija tal-populazzjoni f’Malta għandha tal-anqas 65 sena, dan dejjem skont l-NSO. L-NSO qalet ukoll li din iċ-ċifra ilha tiżdied mill-2007 sas-sena li għaddiet, fejn laħqet id-disgħa u tmenin elf, ħames mija u sbatax, li tfisser żieda ta’ sebgħa u ħamsin punt tmienja fil-mija mill-2007.

Dawn il-figuri ħarġu ftit jiem biss qabel il-Jum Internazzjonali tal-Anzjani li se tiġi ċċelebrata kull sena fl-1 ta’ Ottubru.

Iż-żona tan-nofsinhar tal-Port il-Kbir għandha l-aktar konċentrazzjoni ta’ anzjani, tnejn u għoxrin punt ħamsa fil-mija u wara tiġi Għawdex b’wieħed u għoxrin punt disgħa fil-mija.

Fl-2017, in-norma ta’ kemm persuna tgħix f’pajjiżna għal dawk ta’ età ta’ 65 sena kienet ta’ għoxrin punt sebgħa fil-mijs, żieda ta’ kważi sentejn fuq l-2007.

Fl-istess statistika intqal li wieħed minn kull għaxra f’pajjiżna ma jistax iżomm daru sħuna fix-xitwa u kif ukoll l-istess numru qalu li għandhom problemi fid-dar, bħal ħsara fis-soqfa, ħitan mżewqa twieqi mkissra jew madum imfarrak.

Tmienja fil-mija mill-anzjani qalu li qed jgħixu fid-dlam.