It-tnedija tal-logħba l-ġdida SUPERSTAR fil-jiem li għaddew, kienet segwita minn taħriġ estensiv li Maltco Lotteries provdiet għall-aġenti u l-impjegati tagħha, biex b’hekk it-tim kollu issa jinsab lest u informat dwar il-pjattaforma l-ġdida tal-logħba ħalli jkunu jistgħu joffruha u jagħtu l-aħjar servizz lill-plejers tagħhom.
Stħarriġ imwettaq fil-jiem li għaddew, juri li l-aġenti kollha sabu dan it-taħriġ interattiv, informattiv u motivanti ħafna, filwaqt li esprimew l-apprezzament tagħhom għall-logħba u anke antiċipaw entużjażmu mistenni mill-klijenti tagħhom.
Riżultati mill-istess stħarriġ juru li l-aġenti ta’ Maltco Lotteries huma kunfidenti u fiduċjużi li SUPERSTAR ser tkun ta’ suċċess. Dwar il-perċezzjoni tal-plejer; huma esprimew ukoll li huma estremament pożittivi li din il-logħba se tkun mill-aktar divertenti, filwaqt li ser tolqot il-ħolm u l-aspettattivi tal-plejers. Dan mhux b’kumbinazzjoni, filfatt SUPERSTAR hija ddisinjata speċifikament biex tilħaq is-sodisfazzjon u d-divertiment tal-plejers lokali, u biex permezz tagħha jsibu s-“SUPERSTAR” fihom infushom!
Inkorporat ukoll ma’ l-istess taħriġ li ingħata, kien hemm żewġ sezzjonijiet dwar il-prinċipji u l-liġi ta’ Responsible Gaming, u Anti Money Laundering, rispettivament; żewġ aspetti li Maltco Lotteries tħaddan fit-tmexxija u l-operat tagħha fil-ħidma ta’ kuljum.
L-ewwel tlugħ inawgurali ta’ SUPERSTAR ser isir nhar il-Ġimgħa, 5 ta’ Ottubru, filwaqt li l-bejgħ tal-biljetti infetaħ, nhar il-Ġimgħa, 28 ta’ Settembru. SUPERSTAR ser tibda b’jackpot ta’ €660,000. It-tlugħ ser jixxandar LIVE fuq TVM, kull nhar ta’ Ġimgħa fis-7.45pm.
Għal aktar informazzjoni email: info@maltco.net, jew żur il-websajt ta’ Maltco Lotteries; www.maltco.com jew ċempel 2388 3000
//= $special ?>