Is-Sibt filgħaxija saret is-serata Net Honours – serata li fakkret l-20 sena ta’ storja ta’ Net Television.
Net Honours fakkret il-ħidma ta’ iktar minn 1,500 persuna li matul dawn is-snin ħadmu biex ikun offrut l-aqwa prodott lill-udjenzi differenti.
Dan waqt serata mill-iktar emozzjonanti, li matulha tfakkru wkoll l-eks impjegati li ġew nieqsa, u wħud minnhom anke rikonoxxuti.
B’kollox gew onorati 20 persuna differenti, li kienu strumentali fil-ħolqien tal-istazzjoni u s-suċċessi tiegħu tul dawn l-20 sena f’20 kategorija differenti.
L-unuri ngħataw lil Roger de Giorgio; Charles Camenzuli; Hector Bruno u George Micallef; Lawrence Gonzi; Stephanie Spiteri; Eddie Fenech Adami; Charles Stroud; Peter Dermanin; Sander Agius, Daniel Chircop, Andrea Cassar u Jackie Bartolo; Charles Zammit Moore; Anton Attard; Louiselle Vassallo; Joe Saliba; Marbeck Spiteri u Charles Saliba.
Kienu rikonoxxuti b’unur ukoll Mario Muscat u David Chircop; George Micallef u John Busuttil; John Bundy; Monica Attard; Charlò Bonnici; waqt li l-unur magħżul mill-pubbliku li ġie ppreżenat mill-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia, intrebaħ minn Louise Tedesco.
Is-serata kienet trażmessa live fuq Net Television bix-xandira bdiet fis-18:30 bir-red carpet u kompliet wara l-aħbarijiet bis-serata nnifisha li offriet spettaklu lit-telespettaturi u dawk preżenti.
//= $special ?>