Lokali

181 sewwieq tal-muturi jiġbru €6,380 b’għan nobbli

Iktar minn 180 sewwieq tal-muturi li fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet ingħaqdu fid-Distinguished Gentleman’s Ride, bejniethom ġabru €6,380 li se jmorru b’risq ir-riċerka u għarfien tal-kanċer tal-prostata u l-prevenzjoni tas-suwiċidju.

The Distinguished Gentleman’s Ride hi inizjattiva internazzjonali li ssir f’iktar minn 650 pajjiż differenti ta’ kull sena. S’issa, din l-inizjattiva dinjija wasslet għal ġabra ta’ iktar minn $5.5 miljun.

Il-181 sewwieq lokali b’hekk ingħaqdu mal-kumplament madwar id-dinja, biex fl-istess jum kien hemm il-parteċipazzjoni ta’ iktar minn 120,000 sewwieq jipparteċipaw bl-istess għan nobbli.