Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia llejla ppreżenta mozzjoni lill-Ispeaker tal-Kamra fejn qed jitlob ir-revoka ta’ Ġieh ir-Repubblika li kien ingħata lis-Sur Tony Zarb.
Dan fid-dawl tal-kummenti li għamel l-istess Tony Zarb nhar l-20 ta’ Settembru li għadda fejn qal “komplu għamlu l-bużullotti, komplu poġġu l-fjuri kemm tridu, tistgħu tadurawha, imma l-importanti għal Malta tagħna hi li qatt ma terġa’ tiġi lura. Tajba ħbieb”. Dan il-kliem qalu dwar il-ġurnalista Daphne Caruana Galizia ftit ġimgħat qabel egħluq l-ewwel sena mill-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.
Adrian Delia qal li fil-kuntest tad-diversi appelli li għamlu numru ta’ Membri Parlamentari fix-xhur li għaddew, inkluż mill-Prim Ministru, l-Ispeaker u l-President, l-Oppożizzjoni ħasset il-ħtieġa li tippreżenta dil-mozzjoni sabiex jintwera bl-azzjonijiet u mhux biss bil-kliem ir-rieda tal-Parlamentari sabiex jieqaf id-diskors ta’ mibgħeda li jintuża biss biex jifred u jkisser.
Adrian Delia qal li l-poplu tagħna ma jistax jibqa jaħseb li dan it-tip ta’ kliem jista jiġi meqjus bħala aċċettablli. Iktar w’iktar meta dan il-kliem jingħad minn persuna li ġie rrikonoxxut permezz tal-ogħla ġieħ ta’ pajjiżna.
Il-Kap tal-Oppożizzjoi qal li jittama li l-membri tal-Gvern jemmnu li kulħadd, inkluż il-ġurnalisti, għandu jkun protett u mhux eliminati u li dawn il-membri jħobbu lil-pajjiżna u jridu jagħmlu l-ġid u mhux jiżirgħu il-mibgħeda.
Adrian Delia għamel appell biex fil-kamra jkun hemm għaqda fil-ġlieda kontra dak li joħloq il-firda.
Il-mozzjoni, li hija ffirmata wkoll mid-deputat Jason Azzopardi, tgħid li l-kliem li ntqal minn Tony Zarb mhux biss inissel il-firda iżda jammonta għal apoloġija għal delitt faħxi u li jagħti x’jifhem illi li kien għall-Ex Segretarju Ġenerali tal-General Workers Union ma kienx jinżamm milli jitwettaq. Il-mozzjoni tkompli tgħid li kliem Tony Zarb jiġġustifika l-atti tal-persuni li wettqu dan id-delitt u li hu mhux talli mhux lest ma jattakkax membri tal-medi9a iżda talli qed jaħdem biex jiffjorixxu u jitkattru l-attakku fuq il-gurnalisti.
Punti oħra tal-mozzjoni huma li Tony Zarb irid joqtol il-valuri mħarsa fil-Kostituzzjoni Maltija speċjalment id-dritt tal-ħajja u li mhu xejn għajr apoloġista għal omiċidju faħxi li ħasad lill-pajjiżna.
Skont il-mozzjoni, il-Kamra qatt ma tista’ tkun kompliċi f’diskors minn min ġie onorat bl-ogħla ġieh ta’ pajjiżna u li jnissel il-firda jew il-ħsieb li ġurnalist, hu min hu, huwa għadu tal-poplu.
Din il-mozzjoni ġiet approvata b’mod unanimu mill-grupp parlamentari kollu tal-Partit Nazzjonalista.
//= $special ?>