Lokali

AĠĠORNATA: Tlieta arrestati wara qabda kbira ta’ droga f’Tas-Sliema

Imsejħa tliet units tal-RIU u Pulizija bil-klieb

Tlett Taljani residenti Birkirkara, ġew arrestati mill-Pulizija wara diversi ġimgħat ta’ osservazzjoni b’aktar ħidma mill-Pulizija tal-Iskwadra ta’ Kontra l-vizzju tad-Droga, bl-assistenza tal-uffiċjali mir-Rapid Intervention Unit u s-sezzjoni tal-Klieb.

Dan kollu seħħ kmieni waranofsinhar f’Tas-Sliema hekk kif it-tlett barranin, li l-età tagħhom tvarja bejn it-33 u l-57 sena ġew arrestati wara li nstabu fil-pussess ta’ aktar minn 25 kilogramma tal-pjanta kannabis moħbija f’kaxex li kien fihom pakketti tat-tissues ġewwa garage.

Bil-każ ġiet infurmata minnufih il-Maġistrat tal-Għassa Yana Micallef Stafrace li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta.

Intant, it-Taljani qed jinżammu mill-Pulizija sabiex jassistuhom fl-investigazzjonijiet.