Internazzjonali

€70,000 biex inqatel il-ġurnalist investigativ Kuciak

Uffiċjali Slovakki qalu li l-prezz biex jinqatel il-ġurnalist investigativ Jan Kuciak kien €70,000. Intqal li €50,000 ngħataw fi flus kontanti filwaqt li €20,000 kienu flus li l-qattiela kellhom bħala dejn u li nħafru. Qed jintqal li l-mara taħdem bħala interpretu ma’ negozjant Slovakk, Marian Kocner, u li n-negozji tiegħu kienu lok ta’ investigazzjoni minn Kuciak, kienet dik li qabdet il-qattiela.

Qed jintqal li l-mara taħdem bħala interpretu ma’ negozjant Slovakk, Marian Kocner, u li n-negozji tiegħu kienu lok ta’ investigazzjoni minn Kuciak kienet dik li qabdet il-qattiela.Imma l-investigaturi qalu li dan ma jfissirx li l-ordni kienet tagħha imma aktar kienet messaġġierha.

Issa dawk akkużati bil-qtil ta’ Kuciak telgħu għal erba’. Dan wara li l-Pulizija fi Bratislava akkużat mara ta’ 44 sena. Dan wara li l-ġimgħa li għaddiet kienet arrestati u akkużati tlett persuni.
L-awtoritajiet identifikaw il-mara biss bħala A.Z. u ntqal li filwaqt li l-akkużi kontriha huma serji. Kuciak u l-għarsua tiegħu, Martina Kusnirova, inqatlu fi Frar.

Il-qtil ta’ Kuciak kien qanqal agħa kbir fil-pajjiż partikolarment għaliex kien qed jikxef kif il-mafja Taljana bdiet tinfiltra x-xena politika Slovakka. Wara li nqatel, fit-toroq kien hemm protesti kbar u kienu wasslu biex f’Marzu jaqa’ l-Gvern tal-Prim Ministru Robert Fico.