Id-deputat Nazzjonalista Hermann Schaiovne qal li l-liġi dwar l-Għaqdiet Volontarji se tagħti iktar għodda biex dan is-settur ikompli jikber.
Fil-parlament Hermann Schiavone qal li din il-liġi ddaħħlet 11-il sena ilu u spjega kif hawn 1500 NGO fil-pajjiż. Hu staqsa għaliex il-gvern qed jgħaġġel biex idaħħal din il-liġi. Mingħajr dawn l-għaqdiet volontarji, il-pajjiż ma kienx ikun l-istess. Għal snin twal dan is-settur ma kienx regolat u kien Gvern Nazzjonalista li rregolah. L-NGOs ibbenefikaw bil-kbir mill-fondi tal-UE.
Hu tkellem ukoll dwar il-proċess li sar biex l-NGO kienu rikonoxxuti u enfażizza l-importanza tal-kontabbiltà. Il-Gvern m’għamel xejn fuq emendi maqbula u ma sar xejn f’ħames snin. Id-deputat Nazzjonalista qal li se tiġi Malta kummissjoni tal-MoneyVal li se jiskrutinaw lill-pajjiż biex ikollhom reogli konformi mal-ħasil ta’ flus u l-iffinzjarjar tat-terroriżmu. Il-Gvern qed iressaq din il-liġi bl-għaġġla propju għalhekk. Jeżistu numru kbir – mijiet – ta’ NGOs li m’humiex kompatibbli mal-liġi, jistgħu jitneħħew mir-reġistrazzjoni u jkollhom jerġgħu japplikaw.
Hermann Schaivone qal li l-Oppożizzjoni se tikkopera mal-gvern f’din il-liġi u sostna l-importanza li fil-pajjiż, is-settur volontarju jkun mgħejjun. Hu tkellem ukoll dwar il-kompożizzjoni tal-Kunsill tal-Volontarjat. Hu kompla li żgħażagħ ta’ 16-il sena llum jistgħu jiffurmaw għaqdiet volontarji. Hermann SChiavone sostna li l-Kummissarju għandu poteri assoluti bil-liġi.
//= $special ?>