Id-deputat Nazzjonalista Karol Aquilina talab lill-Ispeaker tal-parlament Anġlu Farrugia biex jagħti ruling dwar il-mod kif l-istess Speaker waqqfu milli jagħmel żewġ mistoqsjiet parlmentari dwar l-inkjesta Egrant.
Il-mistoqsijiet parlamentari huma:
Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja sħiħa u mhux ċensurata tal-proċess verbal tal-inkjesta dwar il-kumpanija Egrant Inc. li tħejja mill-Maġistrat Inkwirenti Aaron M. Bugeja u li kopja tagħha ngħatat lill-Prim Ministru mill-Avukat Ġenerali?
Jista’ l-Prim Ministru jgħid l-isem, il-kunjom u l-kariga u/jew professjoni tal-persuni kollha li għandhom aċċess għall-proċess verbal tal-inkjesta dwar il-kumpanija Egrant Inc. li tħejja mill-Maġistrat Inkwirenti Aaron M. Bugeja u li kopja tagħha ngħatat lill-Prim Ministru mill-Avukat Ġenerali?
L-Ispeaker Anġlu Farrugia rrifera lid-deputat Nazzjonalista għal email li hu kien diġà ikkomunika miegħu u għal ruling li dià ta fil-konfront ta’ talba tad-deputat Nazzjonalista Simon Busuttil.
//= $special ?>