It-42 edizzjoni tar-Ryder Cup intrebħet mill-Ewropa. Protagonist għat-tim Ewropew, kien it-Taljan Francesco Molinari li kiseb punt deċiżiv kontra Phil Mickelson. Impressjona wkoll John Rahm li għeleb lil Tiger Woods.
Dan kien l-14-il suċċess għat-tim blu, u r-raba’ suċċess fl-aħħar ħames edizzjonijiet. Molinari daħal ukoll fl-istorja għaliex fl-istorja l-ebda golfer mill-kontinent Ewropew ma kien rebaħ il-ħames logħbiet li lagħab fihom. L-unika wieħed li kien irnexxielu jagħmel dan kien l-Amerikan Larry Nelson fl-1979.
Wara li għeleb lil Tommy Fleetwood, Molinari għeleb ukoll lil Phil Mickelson u wassal biex l-Ewropa tasal sal-14 il-punt u nofs.
Din it-telfa għall-Istati Uniti fissret li issa ilhom ma jirbħu barra minn darhom għal 25 sena. Tiger Woods ddiżappunta fejn kien megħlub minn Rahm biex b’hekk tilef għar-raba’ darba f’ħames logħbiet.
//= $special ?>