Lokali

Mara ta’ 72 sena iġġarrab ġrieħi gravi f’inċident tat-traffiku

Ambulanza - Ritratt mill-arkivji

Mara ta’ 72 sena ġarrbet ġrieħi gravi wara li ttajret minn karrozza fi Triq Fleur De Lys, f’Birkirkara.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-ħdax ta’ filgħodu meta l-Pulizija marru minnufih fil-post fejn irriżulta li mara ta’ 72 sena residenti Birkirkara intlaqtet minn vettura tat-tip Toyota Townace. It-toyota kienet misjuqa minn raġel ta’ 39 sena min-Naxxar.

Fil-Post issejħet ambulanza li ħadet lill-vittma l-isptar Mater Dei fejn kienet ċertifikata li kienet qed issofri minn ġrieħi ta’ natura serja.

Bil-każ ġiet infurmata l-maġistrat Yana Micallef Stafrace li ħatret diversi esperti biex jgħinuha f’inkjesta.

L-Investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejin.