Sport Sport Ieħor

Mark Selby jirbaħ l-Open taċ-Ċina fil-frame deċiżiv

Mark Selby spiċċa rebbieħ tal-Open taċ-Ċina meta għeleb lil John Higgins 10-9 f’finali mill-aktar eċċitanti. Higgins kellu vantaġġ minimu ta’ 5-4 qabel is-sessjoni ta’ filgħaxija. Il-logħba żammet man-natura tagħha hekk kif it-tnejn bdew jalternaw lil xulxin fil-frames mirbuħa f’dik li kienet logħba ta’ kwalità.

Iż-żewġ plejers ma kellhomx breaks għolja, bil-break ta’ 60 ta’ Selby fit-13-il frame, u l-break ta’ 61 ta’ Higgins fil-15-il frame jkunu l-ogħla tas-sessjoni. Il-logħba dehret li se ddur favur Higgins meta rebaħ is-17-il frame permezz tal-aħħar boċċa sewda.

Iżda Selby mhux is-sid numru wieħed għalxejn hekk kif il-plejer minn Leicester wera l-kwalità tiegħu, l-ewwel meta sforza d-19-il frame li kien deċiżiv u wara għeleb lill-Iskoċċiż.

Din ir-rebħa tkabbar il-vantaġġ ta’ Selby fir-rankings tad-dinja, bil-veterani Mark Williams, Ronnie O’Sullivan u John Higgins jinsabu warajh.

Tags