Il-Gvern Spanjol ħabbar li fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet kienu salvati total ta’ 675 immigrant fosthom nisa u trabi, barra mill-kosta Spanjola.
Kelliem għall-Gvern Spanjol qal li nhar is-Sibt biss kienu salvati 405 immigrant fosthom seba’ trabi. Dan wara li kienu abbord laneċ f’sitwazzjoni mwiegħra
Bil-mod il-mod it-traffikanti tal-bnedmin fil-Mediterran qed ibiddlu r-rotta lejn l-Ewropa u minflok vjaġġ lejn l-Italja qed jimmiraw lejn dik Spanjola. Dan wara li l-Gvern ġdid Taljan adotta linja iebsa kontra l-immigrazzjoni.
Din is-sena diġà kien hemm 40,000 immigrant li żbarkaw fi Spanja. Fil-maġġoranza dawn daħlu bil-baħar imma anki mit-territorji ta’ Ceuta u Melilla, art Spanjola fil-Marokk.
Salvati kważi 700 immigrant barra l-kosta Spanjola


