Manchester City kisbu l-ewwel rebħa fi Grupp F b’rebħa lejn it-tmiem ta’ 2-1 kontra Hoffenheim. Hoffenheim kienu fetħu l-iskor wara biss 43 sekonda meta ISHAK BELFODIL għeleb in-nasba tal-offside u rċieva passaġġ vertikali biex għeleb lil Ederson b’konklużjoni fil-baxx.
Reazzjoni immedjata ta’ Manchester City li ġabu d-draw fit-tmien minuta meta SERGIO AGUERO rċieva mingħand Leroy Sane fil-kaxxa, ikkontrolla u għeleb lil Oliver Baumann mill-kaxxa. City skorjaw il-gowl tar-rebħa fis-86 minuta meta DAVID SILVA ħa vantaġġ minn indeċiżjoni ta’ Stefan Posch u għeleb lil Baumann mill-kaxxa.
Paulo Dybala spikka fit-tieni rebħa ta’ Juventus fi Grupp H hekk kif għelbu lil Young Boys 3-0. Din kienet l-ewwel logħba f’dan l-istaġun li Juventus lagħbu mingħajr Cristiano Rnaldo li kien sospiż. L-Arġentin fetaħ l-iskor wara ħames minuti meta rċieva ballun fit-tul ta’ Leonardo Bonucci u skorja b’xutt mill-ewwel.
Juventus irduppjaw fit-33 minuta meta David von Ballmoos salva parzjalment xutt ta’ Blase Matuidi u mir-rebound kien pront u xeħet fix-xibka. Dybala għaqqad it-tripletta fid-69 minuta meta rċieva kross mingħand Juan Cuadrado u skorja f’lasta.
//= $special ?>