Lokali

FILMAT: “Soċjetà li jimpurtaha bil-ġid jitqassam għand kulħadd” – Adrian Delia

Is-soċjetà Maltija għandha tkun soċjetà li jimpurtaha bil-ġid jitqassam għand kulħadd, u li l-batut jiġi mħares tassew. Dan kien wieħed mill-messaġġi tal-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-PN Adrian Delia tul intervista fuq Realtà fuq l-istazzjon Nazzjonali.

Mistoqsi fuq l-inkjesta mill-Maġistrat Aaron Bugeja, Adrian Delia qal li hemm żbilanċ politiku meta din l-inkjesta tinsab għand Joseph Muscat, il-Ministru Owen Bonnici.

Dan fid-dawl ukoll li l-Prim Ministru Joseph Muscat irrifjuta li jagħmel stqarrija ministerjali dwar il-fatt li l-Ministru Owen Bonnici ingħata kopja tal-inkjesta Egrant u kien iddikjarat li kien qed iservi lill-Prim Ministru bħala avukat tiegħu.

Adrian Delia ġie mistoqsi wkoll fuq x’jaħseb dwar il-bejgħ taċ-ċittadinanza Maltija. Il-Kap tal-PN wieġeb hekk:

Huwa għamel referenza għall-iskema tat-trasport b’xejn lill-istudenti, huwa qal li din l-idea kienet fil-Programm Elettorali tal-PN u ma jistax bħala prinċipju ma jarahiex tajba, madankollu bħalissa din l-iskema mhux qed tolqot lil kulħadd u qed toħloq diskriminazzjoni għal dawk li għadhom ma sabux trasport għal uliedhom, akkost li s-sena skolastika ilha jiem li bdiet.

Adrian Delia qal li fl-aħħar sena l-PN qed jiffunzjona bl-aqwa mod u mezz possibli biex ikompli jkun Oppożizzjoni b’saħħitha.

Tul il-programm il-Kap tal-PN, tkellem ukoll fuq il-Maratona tal-Ħadd li għadda, fejn fiha rringrazzja lil dawk kollha li taw xi forma ta’ kontribuzzjoni.