Bħalissa għaddejja azzjoni ta’ salvataġġ fuq ferry rreġistrat il-Litwanja u li kien għaddej mill-Baħar Baltiku b’335 persuna abbord. Intant, l-operaturi tal-ferry — DFDS — ċaħdu għal rapporti inizjali li kien hemm in-nirien jew ‘splużjoni fil-boiler room’ tal-ferry waqt li tkellmu biss dwar ‘problemi tekniċi fil-kwistjoni’.
Il-passiġġieri kollha tal-vapur huma qawwijin u sħaħ, fost rapporti li l-ferry — Regina Seaways — qed jinġibed lejn il-port ta’ Klaidpeda, fil-Litwanja.
Ir-Regina Seaways kien fi triqtu mill-port ta’ Kiel, fil-Ġermanja, lejn Klaipeda meta ġarrab l-inċident waqt li kien fl-ibħra tar-Russja, ‘il hinn minn Kaliningrad.
//= $special ?>

