– Robert Cutajar, PN
Id-deputat Nazzjonalista Robert Cutajar qal li s-soċjetà Maltija hi mibnija fuq il-valur tal-vontarjat u rrikonoxxa l-ħidma li l-volontarji jwettqu fis-settur tal-cancer partikolarment f’Ottubru. Hu appella biex l-għaqdiet volontarji jirregolarizzaw il-pożizzjoni tagħhom u l-liġi ma tinżilx mannara fuqhom. Dan biex dawn ma jmutux mewta naturali.
Fil-parlament Robert Cutajar qal li bil-liġi, ministru jista’ jkun amministratur ta’ għaqdiet iżda reliġjuż ma jistax u għalhekk appella biex ma jkunx hemm diskriminazzjoni. Dwar il-kompożizzjoni tal-Kunsill, Robert Cutajar qal li l-gvern qed iħalli lill-kunsill ikun regolarizzat mill-membri li jaħdmu fis-settur.
Id-deputat Nazzjonalista qal li seta’ kien hemm iktar konsultazzjoni u spjega kif il-Mellieħa, San Pawl il-Baħar u fin-Naxxar hemm numru ta’ għaqdiet volontarji li qed jagħtu kontribut kbir. Għandu jsir iktar investiment fir-riżors uman tal-għaqdiet volontarju, sostna Robert Cutajar.
//= $special ?>