Il-Pulizija f’Las Vegas reġgħet fetħet investigazzjoni mill-2009 permezz ta’ rikjesta minn mara li allegat li kienet stuprata minn Cristiano Ronaldo. Kathryn Mayorga qalet li kienet attakkata mill-Portugiż f’kamra f’lukanda.
Ronaldo li għandu 33 sena ċaħad din l-akkuża rrappurtata mill-magazine Ġermaniż Der Spiegel. Ir-rappreżentati tiegħu qalu li Ronaldo se jieħu azzjoni legali kontra l-magazine. Der Spiegel qal li Mayorga li għandha 34 sena, għamlet rapport mal-pulizija ta’ Las Vegas ftit wara l-allegat inċident.
Skont rapporti fl-2010, Mayorga laħqet ftehim barra l-qorti ma’ Ronaldo f’pagament ta’ madwar €325,000 talli qatt ma ħarġet fil-pubbliku b’dawn l-allegazzjonijiet. L-avukati tagħha issa qed ifittxu li jiddikjaraw dan il-ftehim bħala invalidu.
F’dak iż-żmien li r-rapport kien sar, il-vittma ma kienet ipprovdiet l-ebda post lill-investigaturi fejn seħħ l-inċident jew deskrizzjoni tas-suspettat. L-istqarrija tal-pulizija ta’ Las Vegas, qalet li issa l-każ reġa’ nfetaħ u l-investigaturi tagħhom qed isegwu l-informazzjoni li ġiet provduta lilhom.
//= $special ?>