– Claudio Grech, PN
Id-deputat Nazzjonalista Claudio Grech appella biex il-volontarjat ikun involut f’iktar setturi tas-soċjetà biex jagħtu kontribut ikbar.
Fil-parlament d-deputat Nazzjonalista Claudio Grech tkellem dwar ir-rwol soċjo-kulturali tal-għaqdiet volontarji li lkoll għandhom rwol importanti fil-komunità li jaħdmu fiha. Hu tkellem ukoll dwar il-policy u dwar il-proċess ta’ introduzzjoni ta’ din il-liġi 11-il sena ilu. Claudio Grech feraħ lil Dr.Anthony Abela Medici għall-kariga importanti tiegħu fis-settur tal-għaqdiet volontarji.
Dwar l-emendi il-liġi, Claudio Grech qal li dawn huma emendi li ilhom żmien twil biex jitwettqu. Dawn kienu r-raġunijiet li wasslu għar-riżenja ta’ Kenneth Wain li kien iddikjara li kien qed isibha diffiċli jikkonvinċi lill-Gvern biex iwettaq l-emendi. Dawn huma emendi li jagħtu importanza lill-prevenzjoni fil-ħasil tal-flus.
Claudio Grech semma’ ż-żjara tal-Moneyval f’Malta u qal li jidher li din il-liġi qed titressaq issa minħabba ż-żjara li se ssir f’Novembru 2018.
Il-pajjiż għadu f’mentalità fejn kollox ikun ċentralizzat fis-servizzi pubbliċi. Malta tinsab fil-mument adatt fejn tikkunsidra s-setturi tas-saħħa, is-soċjali, l-inklużjoni soċjali, l-edukazzjoni u l-ambjent biex fihom jidħlu l-għaqdiet volontarji b’mod usa. Hu tkellem dwar l-importanza tal-intrapriża soċjali biex jitressqu proposti li jistgħu jitħaddmu.
Claudio Grech appella biex f’dan il-mument jitressqu l-proviżjonijiet dwar l-intrapriża soċjali.
//= $special ?>