Lokali Parlament

L-għaqdiet volontarji jeħtieġu sostenn finanzjarju

– Kristy Debono, PN

Fil-parlament id-deputat Nazzjonalista Kristy Debono appellat biex il-ħaddiema li jgħinu volontarjament fil-pajjiż isibu l-appoġġ meħtieġ meta jkunu qed iwettqu d-dmirijiet tagħhom u biex fil-budget li ġej il-Gvern japprova iktar fondi għall-għaqdiet volontarji għaliex dawn huma parti integrali fis-soċjetà Maltija.

Kristy Debono tkellmet dwar l-importanza u r-rwol tal-għaqdiet volontarju li jvarjaw f’diversi setturi. Dawn jagħmlu ġid kbir fis-soċjetà mal-vulnerabbli u fid-diversi setturi li fihom joperaw. F’San Ġwann u l-lokalitajiet tal-madwar hemm kullana ta’ għadiet volontarji li qed jagħtu kontribut kbir. B’din il-liġi l-għaqdiet volontarji qed jissaħħu u jtejbu l-operat tagħhom.

Hi staqsiet għaliex dawn l-emendi qed jitressqu issa meta dawn għamlu ħames nin jistennew. Dwar l-iskandlu ta’ Oxfam, Kristy Debono qalet li minkejja x-xogħol imprezzabbli tal-volontarji l-iskandlu dwar l-infieq minn uħud mill-impjegati u voluntiera tappnet ir-reputazzjoni tal-organizzazzjoni. Dan waqt li gerrxet eluf ta’ persuni minn madwar id-dinja milli jkomplu jikkontribiwwixu għal din l-organizzazzjoni.

Hi tkellmet dwar l-importanza tal-iskrutinju tal-Moneyval u qalet li dawn l-emendi kellhom isiru qabel biex l-għaqdiet volonatarji jkollhom l-opportunità li janalizzaw.

Il-pajjiż qed ikun kritikat kontinwament għaliex qed jidher laxk quddiem il-ħasil tal-flus. Dan mhux qed jgħin lill-istabbilità tal-pajjiż biex il-pajjiż jattira investiment serju.

Id-deputat Nazzjonalista semmiet l-attakk inġust minn MEP tal-Greens biex l-HSBC jitlaq minn Malta u qalet li l-PN ikkundanna din il-kritika iżda din il-kritika għandha tkun ikkunsidrata fil-kuntest tal-irregolaritajiet li nstabu u fil-kuntest tan-nuqqas ta’ impenn li għandu l-gvern quddiem il-ħasil tal-flus. Is-settur privat m’għandux iħallas il-prezz għali għal-laxkezza tal-Gvern fil-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus.