L-Ispeaker tal-Parlament Anġlu Farrugia ta ruling li fih qal li żewġ mistoqsijiet parlamentari tad-deputat Nazzjonalista Karol Aquilina ma jistgħux isiru.
Iż-żewġ mistoqsijiet tad-deputat Nazzjonalista kienu jitrattaw l-inkjesta Egrant propju biex l-inkjesta titpoġġa kollha fuq il-mejda tal-Kamra.
Fir-ruling tiegħu l-Ispeaker għamel riferenza għal żewġ rulings mogħtija għal mistoqsijiet tad-deputat Nazzjonalista Simon Busuttil lima kinux aċċettati għaliex intqal li dawn il-mistoqsijiet imorru kontra r-regoli tal-Parlament.
L-Ispeaker qara l-email li bagħtlu d-deputat Nazzjonalista Karol Aquilina fil-korrispondenza mibgħuta. Hu qal li s-sedja għandha responabbiltà li tara li l-mistoqsijiet humiex skont ir-regoli tal-Kamra. L-Ispeaker qal li l-mistoqsijiet ma jitrattawx xogħol tal-Kamra iżda kienu jirrigwardjaq kwistjonijiet privati u mhux relatati max-xogħol tiegħu.
//= $special ?>