Il-Forzi Armati fl-aħħar ħinijiet salvat ħames għaddasa li kienu fil-baħar ‘il barra mill-kosta Għawdxija, u li sabu ruħhom f’diffikulta’ minħabba l-maltemp.
Wieħed mill-għaddasa, li hu Irlandiż, ittella’ permezz tal-ħelikopter AW139.
It-tieni salvataġġ sar mid-dgħajsa Melita 2 fiz-zona ta’ Wied il-Għasri fejn kien hemm 4 għaddasa oħra.
Dawn kollha ittieħdu lejn l-Isptar Ġenerali t’Għawdex fejn qed jingħataw l-assistenza medika.
Aktar dettalji fil-ħin li ġej.
//= $special ?>