Maltempata qalila li laqtet lill-gżejjer Maltin, b’riħ qawwi, ragħad u sajjetti kif ukoll xita qalila, affettwat ukoll il-ħidma tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.
Tant hu hekk li żewġ titjiriet kellhom jibdlu r-rotta biex minflok niżlu f’Malta, iddevjaw għal Katanja, fi Sqallija.
It-titjiriet affettwati huma dik tal-Air Malta (KM 613), minn Ruma, li kienet qed taqsam it-titjira mal-Alitalia (AZ 7912) u Meridiana (IG 9213) kif ukoll dik minn Gatwick operata mill-British Airways.
//= $special ?>