Futbol Sport

Petr Cech se jdum xahar barra mill-azzjoni

Arsenal ikkonfermaw li Petr Cech se jdum xahar barra mill-azzjoni wara li weġġa’ l-hamstring. Il-gowlkiper ħareġ izappap fir-rebħa ta’ 2-0 li l-Gunners kellhom fuq Watford fl-Emirates Stadium fi tmiem il-ġimgħa, u kellu jiġi mibdul minn Bernd Leno.

Wara l-partita, il-manager Unai Emery kien qed jittama li ma jitlifx aktar minn ġimagħtejn jew tliet ġimgħat. Iżda aġġornament mediku fuq is-sit uffiċjali tal-klabb, ikkonferma li l-gowlkiper ta’ 36 sena se jitlef xahar.

Cech lagħab is-seba’ logħbiet tal-Premier League dan l-istaġun, b’Emery juża lill-akkwist il-ġdid Bernd Leno fl-Europa League u l-League Cup, qabel ma għamel id-debutt fil-kampjonat minn fuq il-bank is-Sibt li għadda.

Tags