Lokali

Tikkunsmawx dan il-prodott

Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika, jixtieq jinforma lill-pubbliku li wara informazzjoni li rċieva dan id-direttorat permezz tas-Sistema Rapida tal-Ikel u l-Għalf, l-imsemmi prodott m’għandux jiġi kkunsmat minħabba li nstab li fih livelli ta’ 3-MCPD iktar għoljin minn dak permess fil-liġi. Peress li l-kumpanija nvoluta rrapurtat li parti mill-konsenja laħqet inxtrat mill-konsumatur, dan id-direttorat qiegħed joħroġ dan l-avviż.

Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefon 2133 7333 mit-8:00 ta’ filgħodu sas-2:30 ta’ waranofsinhar, jew jibgħat email fuq mhi@gov.mt.