Sport Sport Ieħor

Valletta jħallu pajjiżna biex jilagħbu fir-Rawnd Prinċipali tal-UEFA Futsal Champions League

Iċ-champions lokali Valletta Futsal ħallew pajjiżna llum biex imorru s-Slovakkja u jilagħbu fir-Rawnd Prinċipali tal-UEFA Futsal Champions League. Madwar xahar ilu, Valletta kienu kkwalifikaw mir-Rawnd Preliminari għall-ewwel darba fl-istorja tagħhom wara li kienu rebħu t-tliet logħbiet tagħhom kontra Cosmos, Futsamba Naas u Veles.

L-avversarji ta’ Valletta din il-ġimgħa huma ta’ livell aħjar minn dak tat-tim Malti u l-għan tal-Beltin hu li jiksbu punti kemm jista’ jkun, konxji mis-saħħa ta’ dawk li se jilagħbu kontrihom.

Mir-Rawnd Preliminari, il-kowċ ta’ Valletta Xavier Saliba kellu jagħmel xi tibdil minħabba li tliet plejers barranin ma setgħux ikunu mal-iskwadra minħabba l-impenji mat-tim tagħhom. Dawn huma d-difensur Georgjan Murtaz Kakabadze, u l-wingers l-Ispanjol Yeray Hernandez Gutierrez u s-Serb Ninoslav Aleksic.

Żdied fit-tim id-difensur Georgjan Shota Chanukvadze li l-istaġun li għadda lagħab ma’ Swieqi United. Imsejjaħ ukoll fl-iskwadra hemm Daniel Saliba.

L-iskwadra ta’ 15-il plejer

Gowlkipers: Tornike Bukia, Brandon Debono, Stefan Vella

Difensuri: Shota Chanukvadze, Jovica Milijic, Redeemer Borg

Wingers: Camilo Gomez, Melvin Borg, Mohammed Elamari, Dylan Musu, Daniel Saliba

Pivots: Gia Nikvashvili, Denis Di Maio, Shawn Vella

L-impenji ta’ Valletta fil-UEFA Futsal Champions League

Għada

Lucenec v Valletta                  6.00pm

Il-Ħamis 4 ta’ Ottubru

Valletta v Araz Naxvican       3.30pm

Is-Sibt 6 ta’ Ottubru

FK Vytis v Valletta                  3.30pm