Lokali

AĠĠORNATA: Anzjan jittella’ mejjet minn bir fin-Naxxar

Spiridione Bartolo, Naxxari ta’ 62 sena tilef ħajtu traġikament wara li waqa’ f’bir fi Triq Santa Luċija, fin-Naxxar.

Il-Pulizija kienet infurmata bis-sejba għall-ħabta tas-sagħtejn u fil-post issejħu wkoll membri tal-Protezzjoni Ċivili li tellgħu lir-raġel minn ġol-bir li kien ċertifikat mejjet fil-post.

Nies fuq il-post qalu li r-raġel mar biex jirranġa l-pompa tal-ilma, iżda għad mhux magħruf x’wassal biex ir-raġel jaqa’ fil-bir.

Bil-każ kienet infurmata il-maġistrat Simone Grech li qed tmexxi inkjesta bl-għajnuna ta’ diversi esperti.